AWAKE 2 FREEDOM

 

 

 

AWAKE 2 FREEDOM

Awake 2 Freedom hu grupp ta’ appoġġ mingħajr skop ta’ qligħ li nħoloq biex joffri l-għajnuna u r-riżorsi lil dawk li huma jew kienu Xhieda ta’ Jehovah u lil kull min kien affettwat mit-twemmin, mid-duttrini u mill-prattiki ta’ din ir-reliġjon taħt it-tmexxija tal-Watch Tower Bible and Tract Society.

Dan il-grupp qiegħed għal dawk kollha li għadhom membri tax-Xhieda ta’ Jehovah, jew li tkeċċew jew telqu minn jeddhom, jew li sempliċiment tbiegħdu imma għadhom qed isibuha diffiċli jkampaw fil-ħajja. Qiegħed ukoll għall-qraba jew għall-ħbieb ta’ kwalunkwe membru ta’ din ir-reliġjon li jista’ jkollhom mistoqsijiet, kif ukoll għall-pubbliku ġenerali li jkun interessat isir jaf aktar dwar ix-Xhieda ta’ Jehovah.

Għandna l-għan li nipprovdu tagħrif fattwali, biex kulħadd jifhem aħjar dak li tgħallem il-Watch Tower. 

Nafu kemm hu diffiċli tkampa wara li titlaq minn din ir-reliġjon, speċjalment meta l-familja u l-ħbieb iwarrbuk. F’dan il-grupp, niddiskutu suġġetti relatati, naqsmu l-esperjenzi u nagħmlu l-qalb lil xulxin. [Kors online mingħajr ħlas biex jgħin lil dawk li kienu Xhieda ta’ Jehovah ifiequ u jerġgħu jibnu ħajjithom jinsab hawn https://flaxenwick.org/]

It-tir tagħna hu li nagħtu tweġibiet għall-mistoqsijiet li persuna jista’ jkollha wara li titlaq minn din ir-reliġjon, u, fuq kollox, li noffru appoġġ biex nagħmlu l-vjaġġ lura għad-dinja reali eħfef. Dan jista’ jkun tassew ta’ ġid biex jgħin lill-persuni jieħdu u jisiltu d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tagħhom stess.

Awake 2 Freedom bl-ebda mod mhu affiljat mal-Watch Tower Bible and Tract Society.

Għalina, il-privatezza u s-sigurtà tiegħek huma serjissimi, u nagħmlu l-almu kollu tagħna biex inħarsu l-identità tiegħek u noffru ambjent dħuli, tolleranti u informattiv fejn kulħadd jista’ jiddiskuti u jiltaqa’ ma’ nies b’esperjenzi simili.

 

Agħti Donazzjoni jew Sir Membru

mt_MT